Inizjattiva 2024 
L-aktar ittra/kelma/frażi diffiċli biex tippronunzjaha!

Pereżempju, l-ittra 'Ř' (trill alveolari non-sonoranti elevata!) miċ-Ċek hija kkunsidrata bħala l-aktar ittra diffiċli biex tippronunzjaha fid-dinja – ħlief (ovvjament) jekk tkun Ċek! Tista’ taħseb f’xi ħoss diffiċli daqs jew aktar minn din l-ittra biex tippronunzjah - bil-lingwa nattiva tiegħek jew b’waħda mil-lingwi li qed titgħallem? Jekk iva, ibgħatilna filmat qasir li fih turi l-kapaċità tiegħek f’din l-isfida orali u għalfejn hija daqshekk diffiċli! Ser nagħżlu rebbieħ mit-tlissiniet Ewropej l-aktar diffiċli li mbagħad se jidher fuq is-sit elettroniku tal-Jum Ewropew tal-Lingwi.

Ara l-paġna

Inizjattiva: L-aktar ittra/kelma/frażi diffiċli biex tippronunzjaha!

Dawn id-diffikultajiet jirriżultaw minn raġunijiet lingwistiċi kumplessi ta’ kull xorta, mill-mod ta’ kif jaħdem l-ilsien u l-gerżuma għal spjegazzjonijiet aktar sempliċi, bħas-sekwenzi vokaliċi u konsonantali jew tas-sillabi. Tkun xi tkun ir-raġuni din tippermetti li xi ħadd li jkollu ħakma soda tal-lingwa jagħraf mill-ewwel jekk il-persuna li qed titkellem il-lingwa hijiex nattiva ta’ dik il-lingwa jew le.

Pereżempju, Cabeleireiro hija l-kelma Portugiża għal parrukier jew barbier. Il-pronunzja tal-“lei” u tar-“rei” ħdejn xulxin f’kelma, li għandhom pronunzja simil bħal “ay” fil-kelma “lay”, jagħmilha diffiċli biex tippronunzjaha. Następstw, il-kelma Pollakka għal konsegwenza għandha erba’ konsonanti ħdejn xulxin u għaldaqstant tirrikjedi preparazzjoni biex tippronunzjahom. Serrurerie, kelma Franċiża għal dak li jaqta’ ċ-ċwievet (locksmith) hija pjuttost diffiċli anki għal dawk li huma mħarrġin sew fil-fonetika biex jippronunzjawha tajjeb. Kliem oħra jistgħu jkunu twal ħafna u għalhekk ikun hemm il-bżonn li jiġu maqsumin f’partijiet iżgħar bħal il-kelma Ġermaniża

Fünfhundertfünfundfünfzig għan-numru 555. Chiacchierare, il-kelma Taljana għat-tpaċpiċ, avolja tinstema’ bħal kif tinkiteb, il-pronunzja tagħha xorta waħda hija diffiċli minħabba l-ħsejjes kumplessi ta’ ‘c’ u ‘ch’ jiġu ripetuti darbtejn fil-kelma. Dan huwa l-gost u l-faxxinu offrut mid-diversità ta’ lingwi fil-kontinent tagħna.