Lara's journey through Europe’s regional and minority languages

<<< Back to the overview


Lara tibda vjaġġ lingwistiku ġdid – F’dan il-kapitlu tal-vjaġġ tagħha, Lara tesplora d-dinja affaxxinanti tal-lingwi ż-żgħar u reġjonali u b’ħafna kurżità, naturalment tiżvela bosta teżori lingwistiċi!

Wara xi skoperti dwar is-46 l-ikbar lingwi Ewropej fl-ewwel vjaġġ tagħha, f’dan il-vjaġġ għażlet li tesplora aktar dawk il-lingwi li mhumiex daqshekk popolari lil hinn minn fejn jiġu mitkellma. F’xi każijiet il-lingwi li tiltaqa’ magħhom għandhom diversi djaletti, xi wħud minnhom m’għandhomx forma miktuba standardizzata jew jistgħu jiġu rrappreżentati bi stil ta’ kitba differenti u ħafna drabi n-numru ta’ kelliema nattivi ta’ dawn id-djaletti dejjem jonqos. Madankollu, f’dawn il-każijiet kollha, il-lingwi għandhom tradizzjoni li jiftaħru biha, u komunitajiet ta’ kelliema dedikati u attivi li jfittixu li jiżguraw li dan il-wirt kulturali lingwistiku jiġi mgħoddi lill-ġenerazzjonijiet futuri.